Is-Soċjetà

L-isem tas-Soċjetà huwa Każin San Ġużepp u Banda De Rohan. Dan l-isem ittieħed meta l-Banda De Rohan, l-ewwel waħda f’Malta, imwaqqfa fl-1860, ingħaqdet mal-Każin San Ġużepp fl-1910. Il-Banda fi ħdan is-Soċjetà baqgħet iżżomm l-isem ta’ Banda De Rohan. L-għanijiet prinċipali tagħha huma li l-membri jiġu edukati fl-arti mużikali u li tieħu ħsieb torganizza l-festi esterni f’ġieħ San Ġużepp, Patrun tal-Knisja Universali. Dawn l-għanijiet jintlaħqu permezz ta’ ħidma kontinwa mill-membri ħabrieka li jaħdmu volontarjament minn fost il-kummissjonijiet tas-soċjetà.

Scroll to top