Assistent Surmast Direttur

Mro. Hertian Gauci ALCM;LLCM;F.L.C.M; M.Mus (melit.)

Hertian Gauci twieled l-Isla fl-1984 u beda l-istudji tiegħu fil-klarinett fi ħdan is-“Società Filarmonica Nazionale La Valette” fl-età ta’ disa’ snin, mal-assistant surmast Mro Archibald Mizzi. Kompla l-istudji tiegħu taħt il-klarinettist Freddie Mizzi u suċċessivament daħal fl-Iskola tal-Mużika Johann Strauss. Hawnhekk taħt il-gwida tal-klarinettist Godfrey Mifsud ġab id-diplomi ALCM, LLCM U FLCM fil-klarinett, filwaqt li fit-teorija kien immexxi mil-mibki surmast Mro Ronnie Debattista.

Huwa attenda diversi masterclasses u kien għalliem u solista f’diversi baned Maltin. Bħalissa huwa assistent surmast u għalliem tas-sezzjoni tal-qasba mal-Banda De Rohan ta’ Ħaż-Żebbuġ, għalliem mal-Banda La Vittorja tal-Mellieħa kif ukoll assistent surmast u għalliem tas-sezzjoni tal-qasba mal-Banda Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba. Fl-2017 rebaħ kompetizzjoni tal-kompożizzjoni fejn innu tiegħu intgħazel bħala l-Innu Uffiċjali tal-kunsill lokali tal-Mellieħa. Hertian iggradwa BA (Hons) fit-Taljan fl-2005 u sena wara ġab il-PGCE diploma. FL-2011 ġab Masters fl-Edukazzjoni mil-Universita’ ta’ Malta. Attwalment Hertian huwa għalliem speċjalizzat fid-dyslexia mad-dipartiment tal-edukazzjoni u huwa wkoll għalliem tal-klarinett fil-Malta School of Music.

Fl-2024 huwa gradwa b’Master fil-mużika mill-Università ta’ Malta fejn speċjalizza fil-Clarinet Performance.

Scroll to top