Banda

Il-Banda De Rohan, Omm il-Baned Maltin, taf it-twaqqif tagħha lura fl-1860 mis-surmast Belti Andrea Borg. Tul dawn is-snin kollha, il-banda baqgħet attiva ferm fejn għadha toffri tagħlim ta’ kwalità b’xejn minn għalliema kwalifikati kif ukoll tieħu sehem f’għadd ta’ servizzi fuq stediniet minn għadd ta’ festi organizatti fil-gżejjer Maltin u Għawdxin. Minn żmien għal żmien il-Banda De Rohan ttella’ ukoll għadd ta’ kunċerti kif ukoll tagħmel mezz li tirrekordja xi mużika mill-arkivji rikki tagħha. Jekk tixtieq tissieħeb mal-banda tagħna, kemm bħala student kif ukoll bħala mużiċista nistiednuk tagħmel kuntatt magħna.

Scroll to top