Surmast Żebbuġi li mexxa lill-Banda De Rohan, dak iż-żmien magħrufa bħala Società Filarmonica del Zebbug kien is-Surmast Mikiel Anġelo Debono. Qabel laħaq surmast kien bandist mal-istess banda u kien idoqq il-klarinett.
Bħas-surmast ta’ qablu ftit nafu tagħrif dwaru, ħlief dak li nsibu fil-reġistri tal-ħruġ tal-festi li jinsabu fl-arkivju Parrokkjali. Mill-Guida Generale di Malta e Gozo li l-istampatur Ġiovanni Muscat beda joħroġ kull sena mill-1881 nsibu lis-Surmast Mikiel Anġ. Debono kien is-surmast tas- Società. Is-Surmast Mikiel Anġ. Debono dam fil-kariga ta’ surmast mal- Banda De Rohan mill-1875 sal-1888.